Raġel li nqabad minn filmat tas-CCTV jisraq portmoni u mowbajl ta’ kaxxiera f’ħanut f’Buġibba nqabad ftit tal-ħin wara.

Dan ġie kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt minn ħu l-vittma, li jiġi wkoll wieħed mis-sidien tal-ħanut.

Il-filmat tiegħu beda jixxerred minn Net aktar kmieni llum, bl-inċident iseħħ kmieni dalgħodu. Fih ir-raġel jidher jisraq il-portmoni u l-mowbajl tat-tfajla waqt li kienet aljenata, imbagħad jaħrab mill-post bil-ġiri.