Koppja Amerikana sfaw vittmi tal-grupp terroristiku ISIS waqt il-vjaġġ tagħhom madwar id-dinja. Il-koppja, Lauren Geoghegan u Jay Austin, it-tnejn ta’ 29 sena kienu telqu minn xogħolhom biex jduru d-dinja bir-roti. Huma kienu fil-369 jum tal-vjaġġ tagħhom u kienu qed isuqu r-rota flimkien ma’ grupp ta’ turisti oħra fil-lbiċ tat-Tajikistan.

Huma spiċċaw mtajjra minn karozza mimlija rġiel li wara tawhom daqqiet ta’ sikkina sakkem qatluhom. L-irġiel aktarx kienu l-istess irġiel li rrikkordjaw filmat fejn ħalfu l-alleanza tagħhom mal-Istat Iżlamiku. Huma għaddew minn maġenb iċ-ċiklisti iżda daru f’salt dritt għal fuqhom. Minbarra iż-żewġ Amerikani inqatlu wkoll ċiklist mill-Iżvizzera u n-Netherlands.

Jumejn wara li seħħ il-każ l-Istat Iżlamiku ħareġ filmat li juri l-ħames irġiel identifikati bħala l-aggressuri quddiem il-bandiera tal-Istat Iżlamiku fejn ħalfu li se joqtlu dawk li “ma jemmnux”.

Huma ddokumentaw il-vjaġġ tagħhom fuq Instagram.