Raġel li kien qed jiekol f’restorant fix-Xlendi weġġa’ gravi meta waqgħet balavostra tat-triq li kienet intlaqtet minn trakk tal-kostruzzjoni.

L-inċident seħħ għall-ħabta tas-1.15pm fil-bajja tax-Xlendi f’Għawdex fi Triq San Xmun. Ir-raġel għandu 48 sena u huwa Ingliż.

Il-Pulizija kkonfermaw li seħħ dan l-inċident u li marru fuq il-post.

Ambulanza ħadet lill-persuna l-Isptar Ġenerali ta’ Għawdex.

Fi stqarrija maħruġa għall-ħabta tas-7:15 pm, il-Pulizija qalet li l-balavostra waqgħet “għal xi raġuni”.