Raġel ittieħed l-Isptar Mater Dei wara li kien involut f’inċident tat-traffiku f’Tal-Barrani.

Kelliema għall-Pulizija kkonfermat ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ fil-10.45am.

Il-ħabta seħħet bejn żewġ karozzi, waħda misjuqa minn raġel ta’ 30 sena minn Ħal Għaxaq li ma sofra l-ebda ġrieħi. Il-karozza l-oħra kienet misjuqa minn raġel ta’ 63 sena minn Ħal Għaxaq ukoll, li weġġa’ ħafif.