Venezuela's President Nicolas Maduro speaks during a meeting with government officials at the Miraflores Palace in Caracas, Venezuela, August 4, 2018. Miraflores Palace/Handout via REUTERS

Wara li ġie żvelat li l-President tal-Venezwela Nicolas Maduro kien implikat f’investigazzjoni fl-Istati Uniti b’rabta mal-ħasil tal-flus permezz ta’ kumpanija Maltija, il-Gvern u l-Partit Nazzjonalista rreaġixxew għal din l-aħbar.

Il-Partit Nazzjonalista qal li s-silenzju tal-Gvern dwar il-każ huwa nkwetanti ferm. Fi kliem il-PN, il-Prim Ministru Joseph Muscat li issa qed jieħu ħsieb ir-regolamentazzjoni tas-servizzi finanzjarji f’Malta jrid jerfa’ r-responsabbilità. Skont il-partit, dawn l-allegazzjonijiet għandhom jittieħdu b’serjetà peress li jistgħu jaffettwaw ir-reputazzjoni tal-qasam finanzjarju Malti.

Il-PN qal li dan kollu jrid jittieħed fil-kuntest tal-arrest ta’ sid Pilatus Bank Ali Sadr Hasheminejad.

Oppożizzjoni irresponsabbli” – Il-Gvern 

F’reazzjoni għall-istqarrija tal-PN, il-Gvern qal li l-Oppożizzjoni qed tkun irresponsabbli. Il-Gvern qal li l-Oppożizzjoni tista’ li l-Gvern jindaħal fi kwistjonijiet regolatorji fejn jidħlu s-servizzi finanzjarji. Il-Gvern qal li għandu fiduċja fl-Awtorità Maltija għas-Servizzi Finanzjarji biex tagħmel xogħolha.

Għal rapport sħiħ idħol hawn.