Nhar it-Tlieta 14 ta’ Awwissu, Newsbook.com.mt kien jinsab LIVE mill-Qrendi sabiex iwassal lill-qarrejja l-ispettaklu mill-festa ta’ Santa Marija.

Membru tal-għaqda tan-nar ta’ Santa Marija tal-Qrendi, Mario Zerafa spjega ma’ Newsbook.com.mt li l-festa ta’ Santa Marija ġewwa l-Qrendi tibda’ fit-30 ta’ Lulju bil-jum tal-Kwindiċina.

L-ispettaklu tan-nar magħruf beda għall-ħabta tad-9:30pm bl-isem The Conquest of Darkness, li nklueq numru kbir ta’ murtali tradizzjonali, kif ukoll nar sinkronizzat mal-mużika. Kien hemm ukoll madwar nofsiegħa ta’ nar sinkronizzat u wara n-nar tal-art li parti minnu kienet sinkronizzata wkoll mal-mużika.