Tarbija tat-twelid instabet mejta f’landa taż-żibel wara li tħalliet hemm minn ommha, tifla tal-iskola ta’ 15-il sena.

Iż-żagħżugħa żvelat mal-Pulizija li qed jinvestigaw il-mewt tat-tarbija li ma kienetx taf li
kienet tqila qabel ma bdiet il-proċess tal-ħlas fil-kamra tal-banju fid-dar tal-familja f’Lancashire, fl-Ingilterra.

Il-każ seħħ il-Ħamis li għadda hekk kif it-tarbija, tifel tat-twelid instab bla ħajja f’landa taż-żibel. Iż-żagħżugħa għamlet jumejn rikoverata l-isptar wara t-twelid tat-tarbija. Wara li ġiet rilaxxata mill-isptar hija ġiet interrogata mill-Pulizija.

Fl-interrogazzjoni t-tfajla żvelat kif wara li welldet lit-tifel poġġoetu mill-ewwel f’landa taż-żibel jekk kif dak il-ħin ommha u missierha ma kienix id-dar u sabet ruħha weħidha.

Aktar tard it-tifla nstabet minn membru tal-familja li ċempel lis-servizzi tal-emerġenza hekk kif it-tfajla qaltlu x’ġara.

Fi stqarrija l-Pulizija konfermat li saret awtopsja fuq it-tarbija u li qed tistenna r-riżultati tat-testijiet mediċi biex tiddetermina l-kawża tal-mewt tat-tarbija.