Il-festa ta’ Santa Marija hija festa li tiġi ċċelebrata minn ħafna rħula differenti bi tradizzjonijiet differenti. Nagħtu ħarsa lejn iċ-ċelebrazzjonijiet!

Ħad-Dingli u l-Imġarr

Fost dawn l-irħula, hemm il-parroċċi ta’ Ħad-Dingli u l-Imġarr li dalgħodu ingħaqdu billi organizzaw it-tielet edizzjoni tal-Pellegrinaġġ bil-Muturi.

Dan il-pellegrinaġġ kellu wkoll għan ta’ karità billi s-sewwieqa jagħtu donazzjoni li se tmur għad-Dar tal-Providenza.

Il-Qrendi

Dalgħodu, fuq il-paġna tas-Soċjeta’ Mużikali Santa Marija tal-Qrendi fuq Facebook, għaddej filmat tagħhom live jiċċelebraw il-marċ.

Huma tellgħu ritratti tan-nar tal-lejl li għadda.

Newsbook.com.mt kien intervista lil membru tal-għaqda tan-nar ta’ Santa Marija tal-Qrendi, Mario Zerafa, dwar il-preparamenti, kif ukoll ħa filmat tan-nar tal-bieraħ flagħxija.

L-Imqabba

L-Imqabba jiċċelebraw il-festa billi jagħmlu xow mill-isbaħ fejn in-nar ikun akkumpanjat bil-mużika, mistenni minn ħafna nies tul is-sena kollha!

Ħal Għaxaq

Ħal Għaxaq ukoll għamu xow fejn in-nar ikun akkumpanjat bil-mużika, jismu The Convoy.

Huma ħabbru li n-nar tal-art li kellu jsir ilbieraħ flagħxija minflok se jsir illejla fil-11pm wara d-dħul tal-purċissjoni, peress li kien hemm xi ħsarat fuq l-apparat.

Iż-Żebbuġ, Għawdex

Żebbuġ għandhom tradizzjoni ħelwa fejn jarmaw il-pjazza b’imwejjed twal u b’ħafna siġġijiet u kulħadd jiekol flimkien għall-Ikla tal Festa. Din saret nhar il-Ġimgħa li għadda.