Olandiż ta’ 19-il sena tilef ħajtu llum f’inċident b’jet ski fil-Bajja ta’ San Ġorġ f’San Ġiljan.
Il-Pulizija kkonfermaw li seħħ dan l-inċident, iżda għadu mhux ċar x’ġara eżattament. Madankollu, il-Pulizija qalu li l-jet ski kien misjuq minn żagħżugħ Olandiż ieħor, ta’ 19-il sena wkoll. Iż-żewġ żgħażagħ huma residenti f’Tas-Sliema.
L-inċident ġara għall-ħabta tat-3.30 ta’ waranofsinhar. Iż-żagħżugħ ġie ċċertifikat mejjet fuq il-post.
Infetħet inkjesta maġisterjali fuq il-każ.