Facebook

Shannon Mak, li sfat maqtula mill-eks għarus tagħha, kienet għadha kif wasslitu d-dar wara attività tax-xogħol, meta dan ħanxrilha għonqha u ħallieha mitluqa bejn 2 karozzi taħt ħajt f’Santa Venera fit-3 t’Awwissu.

Il-koppja kienet ilha madwar ġimagħtejn li ħassret, wara li Shannon qalet numru ta’ drabi lil sħabha li s-sieħeb tagħha kien qed ikun aggressiv magħha. Madankollu, jidher illi Shannon daħlet fir-residenza tal-akkużat wara li wasslitu mill-Armier, iżda telqet ftit wara għaliex bdew jargumentaw.

Il-Qorti semgħet kif l-akkużat, Olandiż ta’ 22 sena, ħareġ jiġri wara Shannon ta’ 30 sena mir-residenza tiegħu fi Triq l-Istampaturi b’sikkina ta’ bejn 4 u 6 pulzieri, li biha ħanxrilha għonqha.

F’filmati tal-kameras tas-sigurtà li dehru fil-Qorti, l-akkużat jidher jagħmel dan u mbagħad jitfa’ l-arma tad-delitt u l-mowbajl tal-vittma f’terrazzin viċin il-post tad-delitt.

Imbagħad, hu rritorna fir-residenza tiegħu fejn sabuh il-Pulizija, u hu ma rreżistiex l-arrest.

Il-każ għandu jkompli jinstema’ fil-25 ta’ Settembru, bl-akkużat jibqa’ jinżamm arrestat.