Jirduppjaw vjaġġi Santa Marija Gozo channel vapur
Arkivji

Il-Gozo Channel irduppjat il-vjaġġi tagħha għall-ġimgħa ta’ Santa Marija.

Fi stqarrija mibgħuta mill-Ministeru għal Għawdex intqal kif matul il-ġimgħa saru 742 vjaġġ, jiġifieri medja ta’ 106 vjaġġi kuljum. Ir-rata normali ta’ vjaġġi hija dik ta’ 58 kuljum.

Iċ-ċifri maħruġa mill-Gozo Channel juru wkoll li 211,071 persuna, kif ukoll 56,528 vettura qasmu l-fliegu. Il-Ministru għal Għawdex Justyne Caruana qalet li dan wassal sabiex il-Gozo Channel tesperjenza żieda ta’ 4% fil-passiġġieri u 6% fil-vetturi minn fuq is-sena ta’ qabel.

Il-Kap Eżekuttiv tal-Gozo Tourism Association, Joe Muscat, spjega li filwaqt li din il-ġimgħa hija l-aħjar fis-sena għat-turiżmu, Għawdex sar destinazzjoni mfittxija matul is-sena kollha.