Tromba tal-ilma ntlemħet ‘il barra mill-kosta tal-Grigal ta’ Malta ftit tal-ħin ilu. Dan huwa sinjal ieħor tal-maltemp li qed jolqot il-gżejjer Maltin matul dil-ġimgħa.

Dan hekk kif ġie rapportat li bejn it-Tnejn li għadda u l-Ħamis li ġej, il-pressjoni tal-atmosfera għandha titbaxxa u r-riħ għandu jsir aktar ħafif u umduż.

Ilbieraħ flagħxija saħansitra għamlet ħalba xita ġmielha, li għalkemm damet biss ftit minuti, niżlet bi qliel fuq Malta.