Għalkemm għadna f’Awwissu u f’nofs is-sajf, għal darba oħra llum ix-xita laqtet diversi partijiet tal-Gżejjer Maltin. Iżda l-iktar interessanti kien filmat li ttella’ fuq il-paġna The Weather Page Malta li juri triq fix-Xlendi mgħerrqa taħt ilma kannella wara ħalba xita qawwija. Din mhix l-ewwel darba li x-Xlendi spiċċa mperreċ fuq il-midja minħabba l-ilmijiet.