Arkivji

Is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp Gozo Weather Page dalgħodu ppubblika l-lista ta’ bajjiet li huma rrakkomandati għal-lum.

Jispjega li jirrakkomandahom minħabba li ma jkunx fihom bram u l-baħar ma jkunx imqalleb. Jirrimarka li jsemmi biss dawk li huma kkunsidrati siguri 100% u ma jfissirx li m’hemmx oħrajn li wieħed jista’ jserraħ rasu li jmur fihom.

Il-bajjiet rakkomandati huma:

  • Il-Mellieħa
  • Il-Bajja tal-Mistra
  • San Pawl il-Baħar
  • Baħar iċ-Ċagħaq
  • Il-Bajja ta’ San Ġorġ
  • Ir-Rinella
  • Wied il-Għajn
  • Il-Bajja ta’ San Tumas
  • Il-Ħofriet
  • Marsaxlokk
  • Il-Bajja s-Sabiħa
  • Għar Lapsi
  • Wied iż-Żurrieq
  • Id-Dwejra
  • Imġarr ix-Xini
  • Ħondoq ir-Rummien