Il-kumpanija internazzjonali Starbucks se tiftaħ negozju f’Malta permezz tal-Grupp db. Skont ir-rapport annwali tal-Grupp għal din is-sena, il-ħwienet ta’ Starbucks se jiftħu fl-2019 f’diversi lokalitajiet f’Malta u Għawdex.

Il-Grupp db intgħażel meta kien f’kompetizzjoni ma’ kumpanija oħra biex tkun akkwistata r-rappreżentanza ta’ Starbucks għal Malta. Dan mhux proċess faċli peress li Starbucks għandhom sistema rigoruża meta jippermettu franchising.

L-ewwel negozju mistenni li jiftaħ fl-2019. Huwa mifhum li l-liċenzja biex wieħed ikun jista’ jitfaħ Starbucks tiswa mal-€269,000.

It-tmexxija ta’ kuljum tan-negozju se titmexxa mid-db Group iżda d-diżinn tal-ħanut, il-menu promozzjonijiet u taħriġ se jitmexxew minn Starbucks stess.

Id-db Group se jkun qed jibni kumpless minflok is-sit tal-ITS f’Pembroke kif ukoll huwa parti mill-offerta tal-estensjoni f’San Vinċenz de Paule.