Dalgħodu tħabbar li r-restawratur u l-iskultur Renzo Gauci ħalla din id-dinja. Huwa kien speċjament magħruf għax-xogħol tiegħu fuq l-istatwi tal-kartapesta.

Renzo Gauci, minn Ħal Tarxien tilef il-battalja tal-kanċer fl-età ta’ 59 sena.

Huwa kien magħruf ukoll għax-xogħol tiegħu fl-injam. Intant uħud mix-xogħolijiet tiegħu jinkludu l-bradella tal-vara tal-Madonna tal-Karmnu għall-Parroċċa tal-Fgura, in-niċċa għall-vara ta’ Marija Reġina fil-Marsa u xogħol ieħor għall-Knisja tal-Madonna tal-Pilar fil-Belt.

Fuq Facebook għexieren ta’ persuni esprimew id-dieqa tagħhom għal din it-telfa filwaqt li taw l-għomor tagħhom lil familja Gauci.