Skont is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp f’Malta, FirstMalta, dan il-weekend mhux mistennija tagħmel xita u għaldaqstant wieħed jista’ jippjana aktar bil-quddiem.

FirstMalta jinsisti li dan għal kuntrarju ta’ dawk li qed isejħu siti dilettanti “li werwru lid-dilettanti tal-festi għalxejn”.  L-istess sit jgħid li ghada s-Sibt l-1 ta’ Settembru tibda l-ħarifa meteoroloġika u l-kejl tax-xita jerġa’ jibda minn 0 millimetru.