Kien kollu għalxejn dak li għamlu l-ġenituri ta’ tarbija ta’ 10 xhur li fgat f’biċċa tuffieħa waqt piknik tal-familja. Madanakollu t-tarbija għadha tgħix f’persuni oħra, hekk kif il-ġenituri ħadu deċiżjoni kuraġġjuża li jagħtu l-organi ta’ binhom.

Il-ġenituri tat-tifel tkellmu ma’ ġurnal Ingliż dwar l-esperjenza tagħhom, bl-omm tgħid kif użat it-taħriġ tal-ewwel għajnuna li ħadet bħala membru tal-ekwipaġġ ta’ ajruplan, imma binha miet.  Irrimarkaw li taw qalbu, il-fwied u l-musrana fost l-oħrajn.

Meta xi ħadd jifga fl-ikel għandek: 

  • Dawwar il-persuna b’mod li żżommha minn quddiem u tagħtiha f’nofs daharha – bil-pala ta’ jdejk JEW iddur minn warajha, iddawwar idejk, tagħfas u tiġbed ‘il fuq.
  • Ċempel fuq in-numru tal-Emerġenza (112) mill-ewwel.