F’dawn l-aħħar ġranet fil-midja f’Malta dehru diversi allegazzjonijiet ta’ abbużi sesswali minn qassisin fuq minuri. X’hemm veru f’dawn l-allegazzjonijiet? Kollha kienu veri dawn l-akkużi? Il-Knisja ippruvat tinvestiga jew taħbi? X’għandu jagħmel minn hu tassew nisrani jirrapporta jew jostor? Min irid jirrapporta jsib għajnuna jew tfixkil?

Andrew Azzopardi, Kap tas-Safeguarding Commission li tħares l-interessi tat-tfal jiddiskuti dan kollu u aktar waqt il-programm Newsline li jixxandar fuq l-RTK 103FM; fuq Newsbook.com.mt u fuq il-paġna ta’ Facebook ta’ Newsbook.

Illum is-Sibt bejn l-10.00a.m. u l-11.00a.m.