Il-pubbliku jista’ jgħin liċ-Ċittadella biex tirbaħ premju Ewropew.

Waqt konferenza tal-aħbarijiet fil-Belt Valletta, il-Ministru għall-Fondi Ewropej Aaron Farrugia spjega kif qed jintużaw il-fondi tal-Ewropa biex jiġu restawrati diversi postijiet f’Malta.

Il-proġett taċ-Ċittadella huwa wieħed mill-finalisti ta’ din is-sena tar-RegioStars Awards. Dawn il-premjijiet jirrikonoxxu l-aktar proġetti reġjonali oriġinali u innovattivi li ġew iffinanzjati mill-Unjoni Ewropea. Iċ-Ċittadella se tkun qed tikkompeti irettament kontra erba’ proġetti oħra.

Wieħed jista’ jivvota għall-proġett fuq is-sit www.votecittadella.com. Il-votazzjoni tagħlaq fis-7 ta’ Ottubru.