Joseph Facciol rebaħ turnew internazzjonali tal-logħba tant popolari Tekken fil-Vjetnam.

Ir-rebħa taż-żagħżugħ Malti ta’ 29 sena tħabbret fuq il-midja soċjali aktar kmieni llum. Huwa ġie fl-ewwel post fit-turnew li sar fil-belt ta’ Ho Chi Minh f’Saigon.

Ma’ Newsbook.com.mt Facciol qal kif din ir-rebħa kienet sorpriża għalih hekk kif fil-verità hu mar il-Vjetnam fuq vaganza ma’ martu bil-għan li jieħu pawsa mill-logħba li tant iħobb u jilgħab hawn Malta. Huwa stqarr li madanakollu l-ewwel ħaġa li għamel kif wasal il-Vjetnam kienet li fittex komunità tal-gaming ta’ Tekken u sab waħda f’Hamoi, fit-Tramuntana tal-pajjiż fejn ipparteċipa f’sessjoni ta’ sagħtejn. F’din is-sessjoni huwa ġie fit-tieni post u tilef biss mal-plejer li hu meqjus bħala l-aqwa wieħed fil-Vjetnam.

Il-komunità f’Hanoi qaltlu li fejn kien sejjer fil-belt ta’ Ho Chi Minh kien hemm komunità oħra ta’ plejers ta’ Tekken. Meta għamel kuntatt magħhom huma qalulu li kien se jsir turnew biex jagħlaq l-istaġun u hekk kif kien għadu fiċ-ċans li jidħol għalih Facciol irreġidtra irreġistra jumejn qabel beds it-turnew fejn ħa sehem u ġie fl-ewwel post.

F’Malta hawn numru kbir ta’ filettanti ta’ din il-logħba hekk kif il-grupp uffiċċjali ”Tekken City Malta’ huwa frekwentat minn kważi 1000 persuna.