torri db sit ITS mistenni approvat

L-Awtorità tal-Ippjanar mistennija tapprova t-torri tad-db group fuq l-art tal-ITS fl-20 ta’ Settembru.

F’rapport ippubblikat illum, il-PA qed tqis li dan il-bini se jkun wieħed prominenti. Jgħid li binjiet għoljin dejjem jagħtu fil-għajn. Iżid jgħid ukoll li l-impatti viżwali tal-proġett kienu magħrufa minn qabel.

F’Ġunju li għadda, kelliem għal Kummissjoni Ambjent tal-Knisja, is-Sindki ta’ San Ġiljan u ta’ Pembroke kellhom kliem iebes dwar il-bini ta’ lukanda ta’ 18-il sular u torri ta’ 37 sular mill-kumpanija dB f’San Ġiljan. Qalu li l-iżviluppaturi raw kbir, il-proġett fih assurditajiet enormi u ma jixraq xejn lill-post fejn se jsir. Waqt il-programm Newsline immexxi minn Fr Joe Borg u Manwel Delia, Ronald Camilleri mill-Kummissjoni Ambjent qal li l-proġett jagħmel għajb għas-sistema tal-ippjanar, mhuwiex għall-ġid komuni u jaqdi lill-ispekulaturi.

Fuq Facebook, id-Deputat Nazzjonalista Karol Aquilina kiteb li dan il-proġett li ma jagħmel l-ebda ġid lir-residenti ta’ Pembroke, San Ġiljan u l-lokalitajiet l-oħra tal-madwar.