Sitt snin ilu, propjament bejn it-2 u t-3 ta’ Settembru 2012, maltempata qawwija ħakmet il-Gżejjer Maltin u ħasdet il-ħajja ta’ raġel ta’ 39 sena.  Skont is-sit indipendenti tat-tbassir tat-temp FirstMalta, ir-raġel miet meta ħakmitu sajjetta waqt li kien għall-kaċċa f’għalqa f’Wied il-Għajn.

Għamlet ħafna xita u r-riħ qawwi għamel ħafna ħsara: qala’ ammont ta’ siġar, arbli, tabelli tat-traffiku f’diversi żoni. Karozzi nġarru bl-ilmijiet. Għargħar laqtu l-widien ta’ Birkirkara, tal-Imsida u ta’ Ħal Qormi.  Dakinhar, il-Membri tal-Protezzjoni Ċivili kellhom ammont kbir ta’ talbiet għall-għajnuna u salvaw diversi persuni li sabu ruħhom f’periklu.   L-għada, mit-Triq il-Wied ta’ Birkirkara tneħħew mal-mitt tunnellata tifrik.

Tiftakar xi maltempata partikolari? Għandek xi esperjenza fil-maltemp? Ibgħatilna fuq info@newsbook.com.mt