lager cisk symphony of the seas

Cisk Lager niedu kompetizzjoni li tista’ twassal għal rebħa ta’ safra fuq l-ikbar vapur fid-dinja, Symphony of the Seas, b’kważi kollox imħallas.

Fi stqarrija, Cisk Lager, flimkien ma’ Executive Holidays, ħabbru li l-premju jinkludi t-titjiriet bir-ritorn mal-Air Malta, kabina ta’ tnejn fuq ġewwa fuq bażi full board, id-divertiment ta’ kuljum, l-użu tal-faċilitajiet tal-vapur, u t-taxxi tal-portijiet. Huma saħqu li l-vapur jitlaq fl-4 ta’ Ottubru minn Ruma u jmur Napli, Barċellona, Palma de Mallorca, Marsilja, La Spezia u lura Ruma.

Tista’ tipparteċipa billi tixtri pakkett ta’ 8 bottijiet Cisk Lager. Il-bottijiet ta’ dawn il-pakketti għandhom ftuħ speċjali aħmar, fejn taħtu ssib kowd. Idħol fis-sit tagħhom, daħħal id-dettalji tiegħek u ikteb il-kowd.

Fl-istqarrija ħabbru wkoll l-ewwel rebbieħa tal-cruise, li huma Charles Vella, Paul Farrugia, Josef Muscat, Larry Vella, Alfred Borg u Vincenzo Agius. B’kollox hemm 12-il cruise x’jintrebaħ.