Ritratt: Mill-Paġna ta' Facebook ta' Revolut

Li taqsam il-kont ma’ sħabek hija waħda fost il-ħafna servizzi li toffri l-applikazzjoni tal-Bank Diġitali, Revolut. Il-Bank Diġitali Revolut se jitneda uffiċjalment f’Malta f’Ottubru li ġej waqt id-DELTA Summit. Is-Segretarju Parlamentari għas-Servizzi Finanzjarji, l-Ekonomija Diġitali u l-Innovazzjoni  Silvio Schembri ħabbar dan fi Tweet.

Il-Fondatur u CEO ta’ Revolut, Nikolay Storonsky qal ma’ midja internazzjonali li huwa jwiegħed li jibdel bankarja f’Malta. Huwa qal ukoll li l-banek il-kbar Maltin ilhom jieħdu vantaġġ mill-konsumaturi għal snin twal b’tariffi bankarji “li ma jispiċċaw qatt” u teknoloġija għajjiena.  Huwa żied jgħid li Revolut toffri sistema ta’ servizzi bankarji li tipprijoritarizza teknoloġija avvanzata.

Globalment, Revolut għandha 2.5 milljun użant. 6% tal-popolazzjoni Maltija diġa huma konsumaturi ta’ Revolut.

Revolut hija forma ta’ servizz bankarju diġitali li, fost affarijiet oħra, tagħti l-possibiltà lill-konsumaturi jitrassferixxu l-flus kemm lokalment u anki f’pajjiżi barranin b’rati ta’ skambju propji, bil-għan li tirrevoluzzjona s-servizz bankarju globalment.

Aqra rapport aktar dettaljat hawnekk.