Il-programm Newsline tas-Sibt, 8 ta’ Settembru 2018, bi preżentazzjoni ta’ David Vassallo u Desmond Zammit Marmarà, se jkun qed jiddiskuti dwar jekk bħala poplu aħniex maturi politikament?

Nistaqsu wkoll: veru li l-PN qiegħed jinnamra wisq mal-Gvern? Fejn għandhom jiftehmu u fejn m’għandhomx jiftehmu l-partiti? X’post hemm f’partit politiku għall-kurrenti differenti bi kritika li anke ssir pubblika, din maturità jew ribelljoni? Veru li l-mexxejja tal-partiti llum saru qishom dittaturi eletti?

Segwi d-diskussjoni LIVE kull nhar ta’ Sibt fl-10am fuq RTK 103FM.