Aġġornata 12.30pm

Wara ħidma sħiħa mill-Pulizija t-tifla ta’ 14-il sena li ġiet irrappurtata nieqas jumejn ilu nstabet qawwija u sħiħa. Dan ġie kkonfermat mill-Pulizija ma’ Newsbook.com.mt kif ukoll minn post li bdiet iddur fuq Facebook fl-aħħar ħin.

Dalgħodu, il-Puliżija intensifikat it-tfittxija tagħha għat-tfajla minn Santa Luċija li l-Ġimgħa wara nofsinhar ħarġet mid-dar tagħha biex tiltaqa’ ma’ xi ħbieb u ma rritornatx. Dan fid-dawl ta’ rapport fil-midja soċjali li t-tfajla kienet intlemħet minn ħabiba tagħha f’Biżebbuġa għal ħabta tat-03:30pm.

Nathea Xuereb kienet dehret l-aħħar għall-ħabta ta’ 2.45pm tal-Ġimgħa meta kienet mistennija tiltaqa’ ma’ ħabiba tagħha iżda naqset milli tagħmel dan u lanqas irritornat d-dar filgħaxija.

Hi kienet liebsa leggings suwed u flok iswed bil-griż bil-kelma ‘sochic’ fuqu. Nathea għandha għajnejha ċilesti u xagħarha kannella. Il-Pulizija avżaw ukoll li spiss hi tkun Ħal Tarxien (Joanne Gardens) u l-Belt. Kien hemm suspetti li t-tfajla tista’ tkun fil-kumpanija ta’ persuni magħrufa mal-Pulizija.