Il-President tal-Parlament Ewropew Antonio Tajani qal li se jitlob lill-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker għal risposta b’saħħitha b’soluzzjoni għall-immigrazzjoni

Mistoqsi minn Newsbook.com.mt dwar is-sitwazzjoni bejn Malta u l-Italja dwar l-immigrazzjoni, Tajani mal-ewwel qal li ma jidħolx fi kwistjonijiet bejn żewġ stati membri.

Huwa saħaq iżda li se jagħmilha ċara mal-President tal-Kummissjoni Ewropea biex għada fid-diskors tiegħu huwa jelenka soluzzjoni ċara dwar l-immigrazzjoni.

Għada fid-9am, Newsbook.com.mt se jkun qed ixandar LIVE minn Strasburgu d-diskors tal-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker.