L-eks plejer ta’ Manchester United Federico Macheda ngħaqad ma’ Panathinaikos wara li telaq lil Novara fejn irnexxielu jiskurja 10 gowls f’49 logħba. L-attakkant sar magħruf ma’ bosta partitarji meta skurja gowl brillanti fid-debutt tiegħu ma’ Manchester United.

Il-plejer Taljan kellu biss 17-il sena meta daħal bħala sostitut u skurja gowl lejn tmiem il-logħba kontra Aston Villa fl-2009. Madanakollu Macheda naqas milli jilgħab b’mod regolari mat-tim t’Old Trafford u ġie misluf lil Sampdoria, Queens Park Rangers, VfB Stuttgart, Doncaster Rovers, Birmingham City u Nottingham Forest qabel tħalla jingħaqad b’xejn ma’ Cardiff City.