L-eks difensur ta’ Chelsea John Terry ingħaqad ma’ Spartak Moscow wara li telaq lil Aston Villa fi tmiem l-istaġun li għadda. Il-plejer ta’ 37 sena huwa mistenni li jiffirma kuntratt ta’ sentejn mal-klabb Russu u se jieħu post id-difensur Franċiż Samuel Gigot li sofra injury serja li ser iżżommu ‘l bogħod mill-grawnd sa tmiem l-istaġun.

Terry kien ukoll viċin li jerġa’ jmur jilgħab ma’ Aston Villa iżda minflok l-eks plejer internazzjonali Ingliż għażel li jmur jilgħab fil-Premier League Russu. Spartak Moscow spiċċaw fit-tielet post tal-klassifika matul l-istaġun li għadda u naqsu milli jikkwalifikaw għall-fażi tal-gruppi tal-UEFA Champions League.