Intlemaħ katavru f’qiegħ il-baħar fl-inħawi tal-Veċċa fix-Xemxija.

Is-sejba saret għall-ħabta tal-5.15pm. Il-katavru ttella’ immedjatament mill-Pulizija u mill-membri tal-Protezzjoni Ċivili.

Dan il-katavru ġie identifikat bħala żagħżugħ ta’ 24 sena mir-Rabat. Skont TVM, huwa mar jipprattika jogħdos billi jżomm in-nifs qabel ix-xift tiegħu fuq il-post tax-xogħol fil-viċinanzi.