ODPM/MDH

Id-Deputat Prim Ministru Chris Fearne qal li għandu jkun hemm koperazzjoni bejn l-istati membri tal-Unjoni Ewropea dwar il-prezzijiet tal-mediċini.

Il-Ministru għas-Saħħa kompla jgħid li mingħajr din il-koperazzjoni, id-deċiżjoni tal-prezzijiet se tkun barra minn idejhom, u ssir aktar diffiċli.

Dan id-diskors qalu waqt laqgħa tal-Ministri tas-Saħħa Ewropej fi Vjenna fl-Awstrija. Huwa semma l-grupp ta’ stati membri, Valletta Group, li nħoloq bis-sehem ta’ 10 stati membri li qed jaħdmu biex isaħħu r-relazzjoni mal-industrija tal-farmaċewtika.

Barra minn hekk, huwa tkellem fuq l-importanza li dejjem tikber tal-użu tat-teknoloġija fil-qasam mediku.