F’Jum id-Dwana llum, ġiet inawgurata sezzjoni ġdida tal-klieb li xogħolhom hu li jidentifikaw prodotti tat-tabakk, droga u flus li jiddaħħlu Malta illegalment.

Fl-aħħar ġranet, logħba taż-żgħażagħ fuq il-mowbajl dwar ix-xogħol li jsir fid-Dwana u dak li wieħed għandu jiddikjara hu u jsiefer, ġiet rikonoxxuta mill-Unjoni Ewropea.

Waqt l-inawgurazzjoni, il-Ministru Edward Scicluna awgura lill-Uffiċċju tad-Dwana, u qal li l-pass li jmiss hu ta’ sorveljanza intelliġenti.