Is-Segretarjat Parlamentari għaċ-Ċittadinanza fi stqarrija qal li saret theddida ta’ bomba fuq Kastilja fuq il-mezzi soċjali.

Huwa qal li t-theddida saret f’kumment lis-Segretarja Parlamentari Julia Farrugia Portelli fuq Twitter, f’risposta għat-Tweet ta’ Farrugia Portelli li fih tellgħet filmat ta’ bandiera quddiem Kastilja fl-okkażjoni ta’ Pride Week.

Is-Segretarjat ikkonkluda dan għax fil-kumment tiegħu, dan ir-raġel qal “This is very good for the bombing testing area.”

Farrugia Portelli għamlet rapport lill-Pulizija fuq il-każ.