Facebook - The Weather Page Malta

Għal min irid igawdi s-sajf sal-aħħar se jiddarras ftit, iżda se jieħdu r-ruħ li din is-sħana dejqithom sal-ponta ta’ mneħirhom.

Skont l-Uffiċċju Meterjoloġiku fl-Ajruport Internazzjonali ta’Malta nhar il-Ġimgħa u s-Sibt se tagħmel ix-xita.  Anke l-paġna indipendenti tat-tbassir tat-temp fuq Facebook, Malta Weather Page qed tgħid li għandna nistennew ix-xita bir-ragħad għada filgħaxija u l-Ġimgħa. Il-Ħadd mistenni temp xemxi

Madanakollu jidher li t-temperaturi għoljin se jibqgħu jippersistu sa 10 ijiem oħra, bl-ogħla temperatura tinħass 35 grad celsius.