Facebook: Matteo Salvini

Id-Deputat Prim Ministru Taljan Matteo Salvini qal li hemm 62 persuna fl-ibħra Maltin li qed jiġu traffikati.

Fuq Facebook Salvini allega li dawn in-nies qegħdin fuq 7 speedboats u li mhumiex fil-periklu. Qal li kien każ ċar tat-traffikar tal-persuni. Qal li l-Italja kkuntattjat lill-awtoritajiet Maltin biex jagħmlu xogħolhom u li l-Italja mhux se tħallihom jidħlu għandha.

F’reazzjoni, il-Gvern Malti qal li “hemm numru ta’ dgħajjes li qed jaqsmu l-Mediterran”. Skont Malta, dan mhuwiex każ ta’ salvataġġ. Il-Gvern żied jgħid li mhux legali li wieħed jinterċetta dgħajjes li jkunu qed ibaħħru f’ibħra internazzjonali.

F’Lulju, il-President Taljan Sergio Mattarella esprima t-tħassib tiegħu dwar il-kriżi tal-immigrazzjoni mal-Prim Ministru Giuseppe Conte.

F’Awwissu, l-Italja ħalliet il-150 immigrant li kienu ilhom ħamest ijiem fuq il-vapur maqbud f’port Sqalli jidħlu. Dan wassal sabiex iwaqqaf il-perjodu ta’ nuqqas ta’ qbil bejn il-Gvern Taljan u pajjiżi oħra Ewropej.