Hekk kif ilbieraħ il-President tal-Kummissjoni Ewropea Jean-Claude Juncker ippreżenta l-inizjattivi li se taħdem fuqhom il-Kummissjoni Ewropea matul l-aħħar tmien xhur tal-mandat tagħha qabel l-elezzjonijiet Ewropej, Newsbook.com.mt ħa l-kummenti taż-żewġ Membri Parlamentari Ewropej Miriam Dalli u Roberta Metsola.

Miriam Dalli, li hija membru tal-Grupp tas-Soċjalisti u d-Demokratiċi fil-Parlament Ewropew semmiet dawn il-prijoritajiet:

  • L-immigrazzjoni tissemma’ b’mod partikolari iżda Dalli tinsab xettika dwar il-proposti għall-immaniġjar tal-immigrazzjoni.
  • Partnership mal-Afrika. Investiment li se joħloq 10 miljun impjieg. Skont Dalli għadna rridu naraw eżatt x’hemm propost u jekk hux se jkun fattibbli.
  • Il-mużuri ad-hoc biex pajjiżi oħrajn jgħinu lil Malta u oħrajn fl-istess sitwazzjoni ta’ Malta.
  • It-terroriżmu hija tema li tinkwieta liċ-ċittadini fosthom dawk Maltin.

Dawn huma l-alktar prijoritajiet importanti għall-Maltin skont l-MEP Roberta Metsola, li hija membru tal-Grupp tal-Partit Popolari Ewropew fil-Parlament Ewropew:

  • L-enfasi fuq is-sigurtà – Spjegat li għall-Maltin din hija waħda mill-inkwiet tagħhom.
  • L-Unjoni Ewropea se tagħti aktar fondi biex tassigur sigurtà fil-pajjiżi tal-Unjoni Ewropea.
  • Ftehim politiku biex kull pajjiż jagħraf li l-immigrazzjoni hija sfida Ewropea li għandha bżonn risposta Ewropea
  • Ftehimiet mal-Afrika biex il-persuni jiġu rritornati f’pajjiżhom.
  • Sigurtà u libertà għall-ġurnalisti biex ikomplu jiżguraw li l-politiċi jinżammu accountable.

Eżatt wara d-diskors ta’ Juncker, Newsbook.com.mt kien f’xandira diretta minn Strasburgu fejn flimkien mal-Membri Parlamentari Ewropej David Casa u Marlene Mizzi ddiskuta dawn il-proposti.

European Union 2018

Tista’ taqra aktar dwar il-proposti ewlenin hawnhekk.