Ħadd ma weġġa’ meta kien hemm nar f’dar f’Tas-Sliema.

Kelliema għall-Pulizija qalet ma’ Newsbook.com.mt li l-inċident seħħ għall-ħabta tas-6.45 pm. Spjegat li l-inċident seħħ qrib il-Knisja ta’ San Girgor. Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li kien hemm nar żgħir li beda fil-washroom tad-dar.