Nar kbir li beda fil-Ġnejna kellu bżonn l-intervent ta’ 4 fire engines mid-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili.

Kelliem għad-Dipartiment tal-Protezzjoni Ċivili qal ma’ Newsbook.com.mt li l-ewwel unit li waslet fuq il-post u sejħet għal aktar assistenza. Jidher li ħadd ma’ weġġa’ f’dan l-inċident li seħħ għall-ħabta tas-6 pm.