Volkswagen iddeċidiet li twaqqaf il-produzzjoni ta’ aktar mudelli tal-karozza ikonika magħrufa bħala l-Beetle fl-2019. Skont il-BBC, il-kumpanija Ġermaniża se tkun qed twaqqaf ħesrem il-produzzjoni tagħha fil-fabbrika li tinsab fil-Messiku f’Lulju li ġej.

Il-Beetle għandha l-għeruq tagħha fil-Ġermanja fi żmien in-Nażi, fejn dak iż-żmien kienet imlaqqma bħala “l-karozza tan-nies”. Minkejja dan, aktar tard kienet spiċċat ingħatat il-ħajja f’serje ta’ films ta’ Disney bl-isem ta’ Herbie, li kienet karozza tat-tlielaq.

Għaldaqstant, il-bejgħ ta’ din il-karozza naqas drastikament fl-Istati Uniti fl-aħħar snin, hekk kif il-konsumaturi Amerikani jidher li qed jagħżlu karozzi akbar u li jesgħu aktar.

Wara l-iskandlu tal-emmissjonijiet tad-diesel u l-investiment f’karozzi tal-elettriku, Volkswagen se tkun qed tiffoka aktar fuq karozzi għall-familja u dawk li jaħdmu bl-elettriku.