F’vidjo li tella’ Bjorn stess fuq il-paġna tiegħu ta’ Facebook, Bjorn sellem lill-Maltin u rringrazzjhom tas-sapport. Jidher li wara l-operazzjoni li saritlu, Bjorn xorta waħda għadu jista’ jitkellem! Huwa qal li kellu jibqa’ l-isptar sakemm saħħtu terġa tistabbilizza ruħha.

Huwa qal li din l-operazzjoni kienet waħda mill-aktar esperjenzi diffiċili li kellu jaffaċja f’ħajtu s’issa. Huwa spjega li l-operazzjoni saret biex ikun jista’ jieħu nifs aħjar filwaqt li jestendi ħajtu u jkun jista’ jaqsam aktar mumenti ma’ martu Maria u dawk kollha li huma qrib tiegħu. Huwa qal li issa se jkun jista’ jkompli wkoll bil-proġett DAR Bjorn, proġett li għalkemm kbir, mhux se jaqta’ qalbu minnu u jaf li l-poplu se jkun warajh!