“Il-midja soċjali għandha tgħin sabiex id-demokrazija tkun aktar b’saħħitha, u mhux biex tinkoraġġixxi l-mibegħda”, kien kliem il-President Marie-Louise Coleiro Preca, sakemm kienet qed titkellem fuq il-bżonn tal-edukazzjoni u l-litteriżmu tal-midja.

Dan qalitu waqt l-14-il Laqgħa tal-Presidenti mhux eżekuttivi tal-Unjoni Ewropea tal-Grupp Arraiolos, li qiegħda ssir fil-Latvja. Hi kompliet tgħid li l-midja soċjali qed tintuża qisha arma, u b’hekk qed jitferrex ħafna kliem ta’ mibgħeda li jikkrea tensjonijiet soċjali u stress.

Il-President Coleiro Preca żiedet tgħid li importanti li kulħadd jifhem li d-diskors ħieles mhuwiex free-for-all, iżda li huwa l-qsim t’opinjonijiet diversi b’mod rispettuż, u li dan l-għan jista’ jintlaħaq permess tal-edukazzjoni.