DOI - Anthony Sultana

Ġiet imnedija t-tieni Strateġija u Pjan ta’ Azzjoni għall-Ugwaljanza tal-Persuni LGBTIQ. Dan huwa abbozz li kompla jibni fuq l-ewwel verżjoni u li mistenni jwassal sal-2022.

Il-Ministru għall-Ugwaljanza Helena Dalli qalet li l-istrateġija l-ġdida tiffoka fuq l-implimentazzjoni tal-leġiżlazzjoni fil-prattiku u ta’ kif din tista’ tħalli impatt pożittiv fuq l-isferi kollha tas-soċjetà. Qalet li l-abbozz se jkun ukoll xprunat mill-ministeri kollha u d-dipartimenti rispettivi tagħhom.

Din l-istrateġija tnediet fil-kuntest ta’ Pride Week 2018 li se tkun qed tilħaq il-qofol tagħha llum wara nofsinhar permezz tal-Pride Mach fil-Belt Valletta.