Fl-inħawi ta’ Ħal Qormi, propju fil-bypass tal-Imrieħel, jidher li qed jinħoloq traffiku qawwi hekk kif jidher li għadu kemm seħħ inċident tat-traffiku f’dawn l-inħawi xi ftit tal-ħin ilu.

Hekk kif wieħed jista’ jara fir-ritratt, it-traffiku inġema’ fil-bypass tal-Imrieħel fid-direzzjoni lejn il-Marsa. Newsbook.com.mt għamel kuntatt mal-Pulizijia, iżda dawn għad m’għandhom l-ebda informazzjoni dwar x’ġara eżatt.

Jekk bi ħsiebek tgħaddi minn dawn in-naħat, ipprova ippjana triqtek biex tevita dawn it-toroq.