REUTERS/Vincent Kessler

Il-Gvern Ungeriż se jkun qed jiddeċidi nhar it-Tnejn jekk hux se jkun qed jieħu passi legali kontra d-deċiżjoni li ttieħdet fil-Parlament Ewropew kontra l-Ungerija.

Il-Parlament Ewropew l-Erbgħa qabel fuq sanzjonijiet fil-konfront tal-Ungerija fejn sab lill-istess pajjiż qed imur kontra r-regoli tal-UE dwar id-demokrazija, id-drittijiet ċivili u l-korruzzjoni.

Il-Prim Ministru Ungeriż Victor Orban qal li qed jistenna dibattitu serju dwar id-deċiżjoni meħudha mill-Parlament Ewropew waqt intervista fuq ir-radju tal-Istat.