Il-Gżejjer Maltin kisbu l-ewwel post hekk kif qabżu lil Hong Kong fil-klassifikazzjonijiet tal-aktar pajjiżi bi prezzijiet għolja ta’ djar madwar id-dinja. Skont informazzjoni li ħarġet mill-Bank Ċentrali ta’ Malta, il-prezzijiet żdied bi 17%.

Skont l-istatistika li ħarġu Knight Frank Global House Index, iż-żieda fil-prezzijiet tal-propjetà huma attribwiti lejn id-domanda li qed tiżdied għall-bini f’Malta, fuq l-isfond ta’ ekonomija b’saħħitha u li kibrat b’6.6%. Dan kollu filwaqt li l-industrija tat-teknoloġija qed iżżid fid-domanda għall-propjetà.

F’Hong Kong il-prezzijiet tal-propjetà kompla jiżdied b’16% u kklassifika fit-tieni post  bit-tieni l-ogħla prezzijiet madwar id-dinja. Skont Knight Frank, Hong Kong kien ilu 10 snin jokkupa l-ewwel post. Jidher li l-prezzijiet se jibqgħu stabbli hekk kif fix-xhur li ġejjin se jiżdiedu r-rati tal-interess.

In-Knight Frank Global House Price Index kienet stabbilita fl-2016 u tipprovdi l-faċilità li investituri u żviluppaturi jikkumparaw u jiflu dak li jkun qed isir fir-rigward tas-swieq residenzjali madwar id-dinja.