MESDC

Il-vetturi li se jinxtraw jew jinkrew mis-settur pubbliku u minn entitajiet pubbliċi oħrajn iridu jkunu dawk li ma jiġġenerawx emissjonijiet fl-arja.

Din se ssir bħala miżura biex jiġu mnaqqas l-impatt negattiv tat-tibdil fil-klima.

Dan ġie ddikjarat mill-Ministru għat-Tibdil fil-Klima Josè Herrera li qed jirrappreżenta l-Gvern Mali waqt il-Global Climate Action Summit fl-Istati Uniti.

Il-Gvern fi stqarrija qal li se jibqa’ kommess li jsostni inizjattivi kurrenti u oħrajn ġodda ta’ għajnuna biex jinxtraw vetturi elettriċi filwaqt li jkompli jtejjeb l-infrastruttura meħtieġa.