Apple inc. għadhom kif introduċew l-iżjed iPhone għoli s’issa: l-iPhone XS Max, li b’64 gigabytes ta’ spazju jiswa $1099 fl-Amerka, iżda £999 fl-Ingilterra. F’Malta jidher li se jiswik daqs €1179.

Analiżi minn kumpanija jisimha Picodi turi kemm persuni minn pajjiżi differenti jdumu jaħdmu biex jixtru dan il-mudell tal-iPhone b’64Gb. L-inqas nies li jridu jaħdmu huma dawk mill-Isvizzera, hekk kif f’ġimgħa xogħol huma kapaċi jixtruh. Minn naħa l-oħra, l-Filippini iridu jdumu daqs ħames xhur sħaħ, bla ġranet ta’ btala, sabiex jirnexxielhom jixtruh.

Malta tinsab fin-nofs ta’ dan l-analiżi, fejn ikkalkulaw li Malti jaqla qisu daqs €1553.58 f’xahar. Għalhekk, Malti jdum jaħdem qisu 20 ġurnata biex jirnexxielu jixtri l-iPhone l-ġdid.