L-organizzazzjoni non governattiva Nature Trust flimkien ma’ Greenhouse Malta jinsabu kkonċernati minn dak li jidher li huwa xogħol illegali f’Xemxija Heights. Dan qaluh fi stqarrija fejn fakkru fis-servej li kienet għamlet Greenhouse Malta fuq din is-sit fejn xjentisti lokali sabu orkideja endemikali restritta f’Malta li hi protetta.

Fl-istqarrija ġie spjega li membri tal-pubbliku li kkuntatjaw l-organizzazzjonijiet irrapurtaw ħidma bil-magni f’din iż-żona. Wara investigazzjoni rriżulta li numru ta’ arbuxelli protetti kif ukoll siġra ġew mwaqqa’. Filwaqt li parti sinifikanti tax-xagħri ġie mormi mal-ħamrija.

Dan ix-xogħol illegali ġie rraportat kemm lill-Awtorità tal-ippjanar, kif ukoll lill-Awtorità tal-Ambjent u r-Riżorsi, filwaqt li l-organizzazzjonijiet ġew infurmati li se tittieħed azzjoni mill-Compliance and Enforcement Unit.