Omm fl-Istati Uniti sabet kartolina ta’ Jum il-Missier moħbija f’kexxun tar-raġel tagħha li wasslitha sabiex tiskopri li kellu familja sigrieta. Sejba li kissret iż-żwieġ tagħhom.

Hi spjegat li għall-ewwel ħasbet li kienet kartolina minn uliedhom, madanakollu l-isem fuq il-kartolina kien differenti minn dak ta’ wliedhom. Ma’ The Sun, il-mara rrakkuntant kif ir-raġel tagħha kien jgħidilha li x-xogħol tiegħu fl-industrija taż-żejt kien iġiegħlu jagħmel perjodi ta’ żmien ‘il bogħod minnha u minn uliedhom. Iżda ftit wara skopriet li f’dan iż-żmien kien imur għand il-familja l-oħra.

Il-kartolina wasslet ukoll biex issir taf li r-raġel ma kienx qed jaqlibha lilha, imma kienet bil-maqlub. Hu kien ilu mal-mara l-oħra għall-aħħar 10 snin, qabel ma ltaqa’ magħha. Meta hi kkonfrontatu dwar dan spiċċat tilfet lir-raġel tagħha li reġa’ mar lura mal-ewwel mara u ħalliha lampa stampa waħedha bit-tfal. Madanakollu, hi ddeċidiet li tkellem lil mara l-oħra u tgħidilha eżatt x’kien qed jagħmel, dan il-pass wassal biex din titilqu.